Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkonferma li l-Maltin kollha (li s’issa jammontaw għal 7) li għamlu kuntatt mal-Ambaxxata Maltija se jkunu qed jirritornaw lejn Malta fil-ħin u s-sigħat li ġejjin.
Sa issa, il-Ministeru huwa infurmat li m’hemm l-ebda persuna ta’ nazzjonalità Maltija li tinsab maqbuda fit-territorji Palestinjani.
Għal darboħra, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Maltin kollha li jinsabu f’din iż-żona biex jikkuntattjaw lill-Ambaxxata mill-aktar fis possibli sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji kollha biex ikunu jistgħu jħallu l-pajjiż fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti.
Ċittadini Maltin, li bħalissa jinsabu fl-Iżrael, li jeħtieġu l-għajnuna, jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata fl-Iżrael, fuq in-numru 00972522575708, jew l-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Palestina, fuq 00972548992228, sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dawk li jixtiequ jikkuntattjaw direttament lill-Ministeru għandhom jagħmlu dan fuq 0035622040000.
//= $special ?>