Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Għaxaq ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Il-każ seħħ fis-6:30am.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Fgura, u mutur Suzuki GSX-R misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>