Sport Sport Ieħor

Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għal Malta Weightlifting Federation

Fil-kumpless tal-Isport tal-Kottonera saret it-13-il edizzjoni tal-Kampjonati tal-Mediterran organizzati mill-Malta Weightlifting Federation kif ukoll il-Malta International Open.

Fl-ewwel ġurnata fl-Open Youth Men Division suċċess għal Ryle Borg bil-weightlfters minn Franza u San Marino fit-tieni u tielet post.

Fl-Open Youth Women Division, suċċess doppju bl-ewwel u tielet post miksub minn Kim Camilleri Lagana’ bi 58 kg snatch u 71 kg clean & jerk u Aaliyah Gatt b’51 kg snatch u 75 clean & jerk filwaqt li weightlifter mill-Belġju temmet fit-tieni post.

Fil-Malta International Open Junior, Tenishia Thornton ma ddiżappuntatx meta ddominat Annetien Vandenabelle tal-Belġju u Rebecca Caffo tal-Italja bi 83 kg jerk u 107 clean & jerk filwaqt li Ryle Borg fil-Junior rebaħ b’111 kg jerk u 135 clean & jerk.

Riżultati pożittivi wkoll minn Ryan Degiorgio, Luke Treebyward u Monica Swayne. Fi Grupp A tal-kbar Yazmin Zammit Stevens temmet fil-5 post bi 83 kg snatch u 104 clean & jerk u fi Grupp C.

Rylee Borg temm fit-tieni post u Ryan Degiorgio fit-tielet.

Fir-rankings tat-timijiet fit-Tazza tal-Mediterran Malta temmet fit-tielet post wara Eġittu u Franza filwaqt li fil-Malta International Open temmet fit-tieni post wara Irlanda u qabel il-Belġju.