Taljan li l-għaxqa tiegħu kienet tkun li jmur f’bajja pubblika u joqgħod fil-preżenza ta’ tfal u jagħmel mossi oxxeni ingħata sentenza ta’ tmien snin ħabs. Claudio Perossa ta’ 60 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien ġie arrestat f’Lulju tal-2020 wara li numru ta’ ġenituri qalu lill-pulizija li wliedhom, ta’sitta, 13 u 14-il sena, kienu raw lir-raġel innżel il-malja tal-għawm u jimmasturba fil-post magħruf bħala fid-Dawret it-Tunnara tal-Mellieħa, filwaqt li jżomm ħarstu fissa fuq il-minuri.
L-inċident ma kienx ta’ darba. Numru ta’ ġenituri qalu lill-Qorti li wliedhom lemħu lir-raġel jagħmel dan darbtejn fl-istess jum, fil-11am u fil-5pm. Tlett ijiem wara, Perossa kien neħħa l-malja tal-għawm fil-pubbliku għal darb’oħra, fejn spiċċa jgħum bla ħwejjeġ.
Il-prosekuzzjoni wriet ukoll records tal-ħafna kundanni preċedenti ta’ Perossa fl-Italja għar-reat tat-twettiq ta’ atti oxxeni fil-pubbliku. Perossa kien xehed fid-difiża tiegħu stess, u qal lill-qorti li hu kien “innota li l-l-lastiku tal-malja tiegħu kien ddgħajjef xi ftit u li għalhekk li l-malja tiegħu niżlet xi ftit.
L-imputat qal li ħassu “imbarazzat ħafna” meta nduna li tfal lebsin goggles kienu qed jgħumu fil-viċin iżda ma setax itella’ l-malja tiegħu minħabba li l-fond tal-ilma għamilha diffiċli. Huwa qal lill-Qorti li hu kien għam għal fuq ħewwa fejn l-ilma hu baxx iżda baqa’ f’diffikultà għax “isofri minn problemi ta’ stabbiltà”. Wieħed mill-minuri kien staqsieh jekk kellux bżonn xi għajnuna, u qal li le, huwa sostna.
Iżda din l-ispjegazzjoni ma kinitx wisq biex tikkonvinċi lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li qalet li “assolutament ma emmnitx” ir-rakkont tiegħu, u rrimarkat li anke jekk l-istqarrija tiegħu kienet vera, il-malja tiegħu kienet titla’ ‘l fuq għax il-malji ma jegħrqux.
Perossa kien naqas ukoll milli jispjega għaliex kien libes l-istess malja tal-għawm “loose” fit-tieni okkażjoni, wara l-ewwel inċident. Minbarra dan, il-Qorti kienet semgħet lix-xhieda jgħidu kif fiż-żewġ dati separati, l-imputat kien l-ewwel osserva lit-tfal, imbagħad mexa lejhom biex iwettaq l-atti indiċenti li jindikaw li l-azzjonijiet tiegħu kienu intenzjonati u mhux miġjuba mill-konfużjoni sfrenata li kien sostna.
Xehdu wkoll żewġ adulti, osservat il-qorti, li wieħed minnhom stess kien rah jimmasturba taħt l-ilma, oħra rrapportat li Perossa kien telaq meta raha miexja lejh. Espert mediko-forensiku, maħtur biex jeżamina lil Perossa fuq talba tad-difiża, kien irrapporta li Perossa kien fiżikament kapaċi għall-azzjonijiet attribwiti lilu u li l-kapaċitajiet mentali u razzjonali tar-raġel kienu adegwati, kif ukoll il-moviment fiżiku tiegħu, għalkemm b’xi ftit limitazzjonijiet.
Il-Maġistrat osservat li Perossa kien tabilħaqq nstab ħati ta’ reati relatati mal-esebizzjoniżmu fl-Italja diversi drabi, iżda mhux fil-preżenza ta’ minorenni. Sabittu ħati tal-akkużi kollha kontrih, il-Qorti kkundannat lil Claudio Perossa għal tmien snin priġunerija u ordnat li ismu jkun iskritt fir-reġistru tal-kriminali sesswali.
Ma ġie ppreżentat l-ebda appell għas-sentenza, li ngħatat fid-19 ta’ Settembru u li issa hija finali. L-Ispetturi tal-Pulizija John Spiteri u Paula Ciantar mexxew il-prosekuzzjoni. Għall-imputat deher l-Avukat Mark Fenech Vella.