L-attakkant ta’ Arsenal Bukayo Saka se jkun qed jitlef iż-żewġ partiti tat-tim nazzjonali Ingliż hekk kif ma laħaqx jirkupra mill-injury li sofra.
Saka tilef ukoll l-aħħar partita ta’ Arsenal fil-Premier League, fir-rebħa ta’ 1-0 fuq ir-rivali Manchester City. L-FA Ingliża kkonfermat li Saka ħalla l-kamp ta’ taħriġ wara li sarulu t-testijiet neċċesarji, b’Gareth Southgate jagħżel li ma jtellax plejer ieħor biex jeħodlu postu.
L-Ingilterra se tilgħab kontra l-Awstralja fit-13 t’Ottubru qabel tilgħab kontra l-Italja erbat’ijiem wara.
Dan l-istaġun Saka kiser ir-rekord ta’ l-aktar plejer li lagħab partiti konsekuttivi għal Arsenal, 87 partita sa mill-2021.
//= $special ?>

