Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrew’s bdew id-difiża tat-titlu bl-aqwa mod possibbli meta għelbu lil Swieqi United Futsal 3-1.
Mark Zammit skorja darbtejn għal Luxol St Andrew’s flimkien ma’ gowl mill-akkwist il-ġdid Jefferson Breno. Gowl ta’Andrew Abela naqqas id-distakk għal Swieqi United.
University of Malta ACJ Group ftit tħabtu biex għelbu 11-2 lil Marsaskala Futsal filwaqt li Ta’ Xbiex Futsal bdew l-impenji tagħhom b’mod pożittiv meta wkoll għelbu bi skor kbir ta’ 14-1 lil Gżira United Santa Margheita.
Żurrieq Bormla kellhom bidu b’saħħtu meta għelbu lit-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena 10-0 filwaqt li Birżebbuġa St Peters kellhom ritorn pożittiv fil-kompetizzjonijiet tal-futsal meta rebħu 5-1 kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena.
Sliema Wanderers, fir-ritorn tagħhom fil-futsal, kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata 21-1 kontra Santa Venera.
//= $special ?>

