Stanley Zammit PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fl-Aġġornament tal-parlament li t-telqa u n-nuqqas ta’ infurzar qed jikkawżaw problemi ta’ saħħa mentali.
Stanley Zammit qal li l-prevenzjoni hi dejjem aħjar mill-kura u għalhekk din għandha tingħata prijorità. Hu sostna li fost il-kawżi li jwasslui għal problemi fis-saħħa mentali hemm sitwazzjonijiet fejn il-persuni ma jkollhomx kontroll fuqhom.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar it-tnaqqqir fil-kwalità tal-ħajja u qal li problemi li jistgħu jkunu żgħar, fil-fatt ikunu importanti ħafna għal diversi persuni. Fost dawn hemm l-istorbju u t-trabijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni li jġibu ansjetà.
Stanley Zammit qal li minkejja l-avviż legali, l-awtoritajiet mhux jinfurzaw ir-regoli f’din l-industrija tant li tul l-2023 kienu biss 25 każ ta’ trabijiet minn siti ta’ kostruzzjoni li kienu penalizzati. It-telqa li jinsab fiha l-pajjiż u l-problema tal-iskart fit-toroq ukoll qed jiddeterjoraw il-kwalità tal-ħajja tan-nies u għalhekk jiddeterjoraw is-saħħa mentali.
Hu sostna li l-gvern irid ikollu rieda politika u direzzjoni ċara u strateġika l-pajjiż mhux se jsolvi l-problema. Jeħtieġ li jitieħdu l-azzjonijiet għaliex il-pajjiż jinsab xpakkat riżultat ta’ mudell ekonomiku ħażin u bla pjan grazzi għall-gvern Laburista. Dan il-falliment qed jikkawża stress u ansjetà fost in-nies. Il-parlament għandu jagħti t-tama fuq kwistjonijiet li ilhom għaddejjin żmien, sostna d-deputat Nazzjonalista.