Lokali Parlament

Jeħtieġ titneħħa l-burokrazija fis-sistemi tal-kostruzzjoni


Toni Bezzina, PN


Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella lill-gvern biex idaħħal kemm jista’ jkun malajr il-proposti li għamlet il-Kamra tal-periti biex titneħħa l-burokrazija fis-sistemi tal-kostruzzjoni.


Fl-Aġġornament tal-parlament Toni Bezzina qal li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha rwol importanti iżda l-funzjoni tagha mhix tħalli r-riżultati mixtieqa.


Hu sostna li hemm problema ir-reviżjoni tal-method statement, li hu l-proċessi li jridu jsiru meta jsiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq sit. Għalkemm dawn għandhom kunċetti tajbin, meta dawn qed ikunu preparati l-Awtorità qed iddum xhur biex isiru reviżjoni tal-proċessi.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm wisq burokrazija f’dawn il-proċessi bi spejjeż għal min ikun qed jibni. Dawn ir-rapporti jiswew bejn €4,000 u €5,000 u jsiru wkoll fil-postijiet fejn jitppoġew il-krejnijiet.


Kien għalhekk li l-Kamra tal-Periti qed tinsisti biex jinbidel l-avviż legali biex ikun imtejjeb, jonqsu l-inċidenti, issir issir iqnas lil terzi u n-nies li jgħixu ħdejn siti tal-kostruzzjoni jbati inqas mill-inkonvinjent. Il-Kamra tal-Periti preparat abbozz ta’ liġi li jiħaq dawn l-iskopijiet iżda s’issa l-gvern għadu m’għamel xejn.


Fost il-proposti hemm li issir assigurazzjoni waħda li tassigura kollox u li jsir analiżi tar-riskju tal-propjetajiet li jdawru s-sit tal-kostruzzjoni,