Colin Schembri
Hibernians……………………………94
Mellieħa Libertas Spaldin…..102
(33-27)(24-26)(24-19)(13-30)
Il-partita li fetħet il-John Tabone Shield għal dan l-istaġun kienet bejn Hibernians u Mellieħa Libertas bit-team ta’ Mellieħa joħorġu rebbieħa 102-94 fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ. It-team ta’ Raħal Ġdid mill-ġdid taħt it-tmexxija ta’ Mario Tabone ppreżentaw żewġ Amerikani ġodda Calvin Whipple u Mason Hix flimkien mal-akkwisti l-ġodda Nikola Vasovic u Billy Zammit. Mellieħa kienu bl-istess formazzjoni ta’ ġimgħa ilhu. Il-partita kienet missielta ferm u minkejja li Hibs għamlu ftit aktar minn 32 minuta fil-vantaġġ, rimonta ta’ Mellieħa fl-aħħar taqsima tathom ir-rebħa. Hibs fetħu tajjeb bil-punti ta’ Ivan Demcesen flimkien mat-trippli ta’ Whipple u Vasovic. Hibs kienu 3 minn fuq 14-11 u hawn kellhom run ta’ 11-3 bi tlett trippli fosthom tnejn ta’ Hix. Mellieħa ġew lura fosthom bit-trippla ta’ Tederick Wolfe u l-ewwel taqsima għalqet bil-Hibs fuq quddiem 33-27. Fit-tieni perjodu, Mellieħa waslu sa’ punt ‘l bogħod 39-40 u wara sensiela ta’ punti fuq kull naħa, huma rnexxielhom imorru fuq quddiem 53-50 wara trippla ta’ Corrado Mercurio. Hibs irkupraw u għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 57-53 minn fuq fi tmiem ta’ żewġ sessjonijiet li fijom saru 110 punti.
Fit-tielet taqsima, l-Pawlisti reġgħu fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti 68-59 wara trippla oħra ta’ Vasovic u l-punti minn Matthew Attard u Whipple. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Kwame Thompson fosthom trippla u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod. Hawn Hibs kellhom il-punti minn Demcesen u trippla ta’ Hix biex temmew il-perjodu 81-72 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, l-andament tal-partita nbidel u sensiela ta’ three pointers minn Mellieħa permezz ta’ Wolfe u Vukassin Jandric rawhom imorru minn fuq fil-ħames minuta 88-87. Hibs kellhom risposta minn Demcesen biex ħadu l-vantaġġ għall-aħħar darba. Wolfe, Jandric u David Bugeja bi trippla poġġew lil Mellieħa 95-91 minn fuq. Hix wieġeb għal Hibs bl-aħħar three pointer biex Mellieħa għalqu l-partita bil-free-throws minn Wolfe, Jandric u Bugeja biex ħarġu rebbieħa 102-94.
Hibernians: N. Cassar, P. Attard, C. Whipple 21, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 2, N. Vasovic 8, A. Axiaq, R. Aquilina, M. Attard 3, I. Demcesen 31, M. Hix 29.
Mellieħa Libertas: A, Veselinovic, T. Wolfe 36, D. Bugeja 10, R. Bonnici 7, V. Jandric 13, I. Bonett 5, R. Carabott, K. Skrabec, M. Formosa, K. Thompson 26, E. Valdespina, C. Mercurio 5.
Referees: Nicky Azzopardi, Fiorentina Ciurariu, Artur Bayraktar
Starlites JSD………89
Valletta Fighters..52
(16-9)(26-15)(21-15)(26-13)
Friski mir-rebħ tas-Super Cup ġimgħa ilhu, ic-Champions Starlites JSD fetħu l-impenji tagħhom fil-John Tabone Shield b’rebħa fuq id-debuttanti Valletta Fighters 89-52. Starlites kieni mingħajr Matthew Attard, Miguel Palmier u Neil Sultana. Valletta ppreżentaw seba’ players hekk kif qiegħdin jistennew aktar reġistrazzjonijiet. Huma kellhom fost l-oħrajn żewġ players Amerikani Keith Charleston u Dasean Mattox. Il-partita kellha bidu kwiet tant li kellhom jagħddu kważi sitt minuti biex Starlites imorru 6-4 minn fuq wara trippla minn Alec Felice Pace. Miguel Fabri wkoll għamel trippla għal Starlites, l-istess kif għamel Rytis Rutkauskas għal Valletta biex it-taqsima għalqet bi Starliteds fuq quddiem 16-9. Fit-tieni perjodu, kien hemm punti fuq kull naħa biex Starlites żammew vantaġġ ta’ sitt punti sar-raba’ minuta 22-16. Starlites għaddew biex jagħmlu run ta’ 16-4 bi trippla oħra ta’ Felice Pace flimkien ma’ Davonte Craven, Kurt Xuereb u Christian Hincson. Il-punti ta’ Valletta waslu minn Charleston però fl-intervall Starlites kienu 42-24 minn fuq.
Fit-tielet taqsima kien hemm bidu ieħor tajjeb minn Starlites li għamlu run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Felice Pace u Craven. Valletta rnexxielhom inaqqsu d-distakk bi break ta’ 8-0 bejn Charleston u Christian Briffa però Starlites għalqu t-taqsima bi break ieħor ta’ 11-2 għal skor ta’ 63-39. L-aħħar taqsima kellha bidu bilanċjat fosthom bi trippla ta’ Mattox għal Valletta u baskets ta’ Ian Felice Pace għal Starlites. Hawn Starlites komplew b’run ta’ 15-4 li rathom isaħħu l-vantaġġ li kellhom u għalqu l-partita bi trippla ta’ Hincson u l-punti ta’ Louie Farrugia u Malik Lorquet għal skor finali ta’ 89-52.
Starlites FIJO: A. Felice Pace 13, C. Hinkson 15, S. Aquilina, I. Felice Pace 6, M. Fabri 9, D. Craven 22, L. Farrugia 3, K. Xuereb 6, M. Lorquet 15.
Valletta Fighters: K. Charleston 19, R. Rutkauskas 8, C. Briffa 3, R. Curmi, D. Mattox 18, F. Lisondra 4, U. Satayanorayon.
Referees: Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi.
Sigma Depiro…..70
Athleta……………..57
(17-7)(19-15)(17-22)(17-13)
Il-partita li għalqet l-ewwel ġurnata tas-Shield kienet bejn Sigma Depiro u Athleta fl-ewwel dehra tagħhom għal dan l-istaġun. It-team ta’ Depiro kkonfermaw l-Amerikani tagħhom mill-istaġun li għadda, Cameron Cornelius u Kameron Rooks fil-waqt li ppreżentaw l-akkwisti l-ġodda Nenad Bukva, Bogdan Mrkojevic, Nikola Bozovic u Joshua Tomasi. Athleta kellhom żewġ Amerikani ġodda Malik Riddle u Dajuan Moorer flmkien ma’ Theodoros Chatzimoysis però Naz Buhagiar u l-Pollak Piotr Stelmach kienu nieqsa b’injury. Wara bidu bilanċjat li ra lil Depiro jieħdu vantaġġ ta’ punt 6-5, it-team tad-Depiro għamlu run ta’ 11-0 li bdewha bi trippla ta’ Tomasi flimkien ma’ basket minn Miguel Brincat biex temmew l-ewwel sessjoni 17-7 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta ppruvaw jidħlu aktar fil-partita meta kellhom trippla minn Matthew Gouder u l-punti ta’ Riddle u Luca Stefanovic. Depiro però wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta kollha minn Rooks b’diversi offensive rebounds. Riddle bi trippla waqqfilhom ir-run iżda Depiro malajr wieġbu b’basket minn Tomasi u trippla ta’ Bozovic biex temmew is-sessjoni 36-22 minn fuq.
Wara l-intervall, Depiro fetħu bi trippla oħra minn Bozovic però hawn Athleta ħasduhom bi break qawwi ta’ 17-2 b’Riddle jagħmel tlett three pointers biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 39-41. Wara time-out minn Ruben Baldacchino, Depiro reġgħu rkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 12-2 bi trippli minn Tomasi u Cornelius biex sa’ tmiem it-taqsima fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti 53-44. Fl-aħħar sessjoni kien hemm trippla fuq kull naħa qabel ma Athleta għamlu 5 punti mingħajr risposta u naqqsu d-distakk għal sitt punti 52-58. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin qabel ma Depiro għamlu run finali ta’ 9-2 bi trippla ta’ Cornelius biex huma rebħu l-partita 70-57.
Depiro: B. Mrkojevic, N. Bozovic 9, J. Tomasi 16, N. Grech, K. Caruana, A. Attard, K. Rooks 20, M. Brincat 11, M. Mallia, C. Cornelius 14, N. Bukva, M. Debattista.
Athleta: K. Fabri, M. Riddle 25, F. Mifsud Bonnici 3, L. Stefanovic 4, D. Moorer 4, M. Gouder 19, R. Abela 2, I. Medved, T. Chatzimoysis.
Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Artur Bayraktar.
//= $special ?>

