Basketball Sport

John Tabone Shield Nisa : Caffè Moak Luxol u Depiro jibdew b’rebħiet konvinċenti

(Ritratt: Matthew Mirabelli)

Colin Schembri

Caffè Moak Luxol… 98

Fusion Quest…………43

(31-10)(22-12)(28-9)(17-12)

It-tieni kompetizzjoni tal-istaġun fetħet bil-partita bejn Caffè Moak Luxol u Fusion Quest. Mill-finali tal-ġimgħa l-oħra Luxol kellhom nieqsa lil Cristina Sollami u Lisa Fenech Pace biex komplew jidħlu aktar żgħażagħ bħal Ella Abela u Jada Said. Fusion żiedu aktar players mill-istaġun li għadda bħal Hayley Grixti, Petra Millo, Agustina Ledesma u Priscila Carona. Luxol fetħu l-partita bi ħdax -il punt mingħajr risposta minn Anna u Sarah Fenech Pace. Wara żewġ punti minn Ledesma, Luxol komplew bi break ieħor ta’ 11-0 bi trippla tal-Amerikana Tayler Bennett. Fusion kellhom risposta minn Millo però Luxol għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Hayley Galea għal skor ta’ 31-10. Fit-tieni sessjoni, Luxol kellhom diversi żgħażagħ fuq il-court fosthom Vanya Baldacchino u Shanice Farrugia li kellhom trippla kull wieħed. Fusion ukoll kellhom trippla minn Julia Schembri però Luxol komplew bi break ieħor ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Said u daħlu jistrieħu 53-22 minn fuq.

Wara l-intervall, l-andament tal-partita baqa’ l-istess fejn Benett kellha żewġ trippli oħra għal Luxol f’run ta’ 14-2. Luxol kellhom trippla oħra ta’ Baldacchino fil-waqt li Ledesma u Schembri wieġbu għal Fusion. L-aħħar taqsima fetħet b’run oħra qawwija ta’ 14-4 minn Luxol biex fetħu vantaġġ ta’ 60 punt 95-35. Hawn Fusion speċjalment Ledesma kellhom diversi punti b’Santino Coppa kostrett isejjaħ żewġ time-outs minkejja li Luxol kienu ċerti mir-rebħa hekk kif huma spiċċaw il-partita 98-43 minn fuq u ħadu l-ewwel rebħa.

Caffè Moak Luxol: T. Bennett 13, H. Galea 5, E. Abela, M. Camilleri 1, S. Fenech Pace 17, J. Diaby 16, J. Said 9, V. Baldacchino 12, S. Sciberras 6, S. Farrugia 7, M. Marmara 4, A. Fenech Pace 8.

Fusion Quest: H Grixti 2, M. Momcilovic 4, P. Millo 4, E. Pace 2, A. Ledesma 18, M. R. Agius, J. Schembri 11, P. Carona 2.

Referees: Nicky Azzopardi, Gianfranco Russo.

Depiro………..83

Hibernians….50

(18-19)(25-13)(21-4)(19-14)

Iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom dan l-istaġun b’tibdil mill-istaġun li għadda. Depiro ntroduċew lill-akkwisti l-ġodda li għamlu matul is-sajf, Sophie Abela, Kristy Galea u Jose Ann Johnson. Depiro kellhom lil Marie Buhagiar lura minn injury u ntroduċew lil Fanni Fabok u l-Amerikana Lindsey Whilby. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin u trippla ta’ ta’Abela poġġiet lil Depiro 9-5 minn fuq. Hibs irrispondew bi break ta’ 9-2 kollha minn Whilby fosthom żewġ three pointers. Aktar puntu fuq kull naħa ħallew lil Hibs fuq quddiem u minkejja trippla ta’ Julia Borg għal Depiro, Hibs temmew l-ewwel sessjoni 19-18 minn fuq. Depiro kellhom l-aħjar bidu tat-tieni perjodu meta għamlu run ta’ 11-2 fosthom żewġ trippli oħra ta’ Borg biex marru 8 minn fuq 29-21. Hibs irrispondew permezz ta’ Buhagiar u trippla ta’ Whilby però għal darb’oħra ntlaqtu minn run ta’ 12-3 minn Depiro li rathom jidħlu jistrieħu 43-32 minn fuq.

Depiro ddominaw ukoll it-tielet taqsima fejn ħallew lil Pawlisti fuq erba’ punti biss. Bejniethom kien hemm diversi punti minn Depiro fosthom baskets ta’ Johnson, Galea u Abela. Galea kellha wkoll żewġ three pointers biex Depiro temmew is-sessjoni 64-36 minn fuq. L-aħħar taqsima fetħet bi trippla ta’ Nicole Agius u basket minn Laura Camilleri biex Depiro komplew ikabbru d-distakk. Kien hemm risposta ta’ Hibs permezz ta’ Iona Agius u Kirsty Caruna flimkien ma’ trippla ta’ Whilby però Depiro kellhom vantaġġ komdu u ftit li xejn dehru li setgħu jitilfu l-partita. Huma għalqu bil-punti ta’ Claire Ciantar biex ħarġu rebbieħa 83-50.

Depiro: S. Abela 9, Ni. Agius 3, J. Xerri 4, J. Mallia 2, No. Agius, C. Ciantar 5, J. Borg 15, J. Johnson 19, M. Micallef 2, N. Borg 8, K. Galea 14, L. Camilleri 2.

Hibernians: M. Buhagiar 6, E. Farrugia, F.Fabok 2, I. Agius 4, L. Whilby 22, J. Abela, B. Agius, K. Calleja 6, N. Farrugia, K. Caruana 4, A. Mallia, J. Dabic 6.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Antun Bayraktar.