It-Tlieta wara nofsinhar, il-UEFA ħabbret li r-Renju Unit u l-Irlanda se jkunu qed jorganizzaw il-Kampjonati Ewropej tal-2028 filwaqt li l-edizzjoni tal-2032 se tkun qed issir fl-Italja u t-Turkija.
Dawn iż-żewġ offerti ma kellhom l-ebda oppożizzjoni iżda kien għad fadal biss l-approvazzjoni tal-UEFA biex dan ikun ikkonfermat.
Hu mifhum li l-partita inawgurali tal-EURO 2028 se tkun qed issir fil-Principality Stadium, f’Cardiff filwaqt li l-finali se tkun qed tintlagħab f’Wembly Stadium.



