L-isport tal-cricket jista’ jkun inkluż fl-Olimpjadi ta’ Los Angeles fl-2028, għall-ewwel darba sa mill-1900.
L-organizzaturi se jkunu qegħdin iressqu l-proposta tat-Twenty20 cricket quddiem il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fejn mistenni jittieħed vot jekk dan għandux ikun inkluż fl-Olimpjadi jew le.
Apparti l-cricket, mistenni jkun introdott ukoll fl-Olimpjadi ta’ Los Angeles l-isport tal-Flag Football, verżjoni mingħajr kuntatt tal-football Amerikan.
Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu l-isport tal-baseball/softball u lacrosse, liema sport huma popolari ferm fost l-Amerikani.
//= $special ?>