Sport Sport Ieħor

Snooker: Ronnie O’Sullivan iżomm postu fl-ewwel post tar-rankings

Ronnie O’Sullivan żamm postu fl-ewwel post tar-rankings tal-isnooker wara li rnexxielu jegħleb lil Ken Doherty b’ħames frames konsekuttivi għal riżultat ta’ 5-1.

F’każ li O’Sullivan kien se jkun megħlub kien jitlef postu għal Luca Brecel, li mhux qed jikkompeti f’Wuhan, fiċ-Ċina. O’Sullivan xorta waħda jista’ jitlef postu kemm il-darba Mark Allen jirnexxielu jirbaħ it-tournament.

Allen irnexxilu jdawwar ir-riżultat minn 4-3 minn taħt għal 5-4 biex għeleb lil Mark Joyce fl-ewwel ranking event li qed isir fl-Asja, sa mill-2019.