Sport Sport Ieħor

Table Football: Suċċess għal Bormla Subbuteo Club fil-Grand Prix tal-Ingilterra

Bormla Subbuteo Club kellhom riżultati mill-aqwa fil-Grand Prix tal-Ingilterra fi Flitwirk fejn rebħu l-kategoriji Open Veterani, indiviwali kif ukoll fit-taqsima tat-timijiet. Kien Bessim Golger il-plejer Belġjan ta’ Bormla li rebaħ il- kategorija Open fejn fil-finali għeleb faċilment lit Taljan Gabriele Silveri 4-2 .

Biex wasal għal dan is-suċċess Golger fis-semi finali f’partita diffiċli kontra Remi Soret ta’ Franza temm fi draw ta’ 3-3 r iżda rebaħ fil-ħin barrani.

Fil-Kategorija Veterani suċċess għal Jason Pisani li għeleb lil Bob Varney tal-Ingilterra 1-0.

Fis semi finali għeleb 1-0 lil John Zammit ta’ Bormla Subbuteo Club li wkoll kellu riżultati pożittivi fejn wasal sas-semi finali.

John Zammit fil-kwarti finali rebaħ u elimina 2-1 lil Alan Lee tar-Renju Unit.

Fil-kategorija tat-Timijiet skont ir-ranking dinji tat-timijiet tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Footbal, Bormla Subbuteo club, li huma b’ranking numru 4 fid-dinja kienu seed numru 1 fi Grupp 1.

Eventwalment Bormla rebħu l-partiti kollha tal grupp. Żewġ rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra Tim B Hennuyer tal-Belġju u Tim B Yorkshire u 2-1 kontra Elstow tar-Renju Unit.

Fil kwarti finali l-Bormliżi rebħu 4-0 lil White Star tar-Renju Unit u l istess skor ta’ 4-0 fis semi finali lil Wobbly tar-Renju Unit.

Fil-finali huma lagħbu kontra Elstow fejn il-partita intemmet fi draw ta’ 2-2 iżda eventwalment Bormla għalqu l-partita b’distakk ta’ żewġ gowls. Bormla Subutteo Club kien magħmul minn Jason Pisani, Mauro Camilleri, John Zammit, George Ebejer u l Belġjan Bessim Golger.

Il-kompetizzjoni li jmiss għal Bormla Subbuteo Club hija l-ECSTFA Champion’s League f‘Eugies fil-Belgju.