Ir-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti Coco Gauff u r-rebbieħa tal-Open ta’ Franza Iga Swiatek, mistennija jitilfu il-finali tal-Billie Jean Cup ix-xahar id-dieħel.
It-tournament finali mistenni jibda fi żmien jumejn fi Spanja, hekk kif jintemmu l-finali tal-WTA fil-Messiku, aktar tard f’Novembru.
Is-seed numru erba’ Jessica Pegula, li bħal Gauff tilgħab fis-singles u fid-doubles, ukoll mhux se tkun parti mit-tim tal-Istati Uniti. Sevilla se tkun il-belt li se tospita il-Billie Jean Cup.
Intant l-Arabja Sawdija kif ukoll ir-Repubblika Ċeka kienu tnejn mill-isfidanti biex jospitaw l-edizzjoni tal-WTA ta’ din is-sena, li tara lill-aqwa tmien plejers femminili jikkompetu kontra xulxin.
//= $special ?>

