Anzjan ta’ 80 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum.
Il-każ seħħ it-Tlieta għal ħabta tas-18:00 fl-inħawi tal-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala meta għal xi raġuni l-anzjan sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi, waqt li Membri tal-Forzi Armati u tal-protezzjoni Ċivili assitew sabiex il-persuna tittela’ mill-baħar.
Huwa sfortunatament, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, u aktar tard ġie identifikat bħala anzjan ta’ 80 sena residenti ż-Żejtun.
Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>