Lokali

Anzjana l-Isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann

Mara ta’ 74 sena, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann.

Il-każ seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta ta’ 12:30 ta’ waranofsinhar fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, meta għal xi raġuni mara ta’ 74 sena residenti l-imsida, intlaqtet minn Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 66 sena residenti San Ġwann.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lil mara l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.