Lokali Qorti

Differenza fir-riżorsi bejn Daphne Caruana Galizia u l-Istat fuq l-Inkjesta Egrant

L-avukat li jirrappreżenta lill-werrieta tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia enfasizza id-differenza kbira fir-riżorsi bejn il-ġurnalista maqtula u l-inkjesta Egrant iffinanzjata mill-Istat. L-Avukat Therese Comodini Cachia għamlet sottomissjonijiet fil-każ tad-drittijiet tal-bniedem imressaq mill-familja, li qed jargumentaw li ma jistgħux iħejju difiża kontra kawża ta’ libell li għadha għaddejja mressqa mill-eks Prim Ministru disgrazzjat Joseph Muscat kontra l-ġurnalista maqtula, għax hi biss kienet taf l-ismijiet tas-sorsi tagħha.

L-Avukat Comodini Cachia qalet lil-Imħallef Miriam Hayman li Caruana Galizia kellha diversi sorsi għall-istorja tagħha Egrant, għax imxiet mar-regoli tal-ġurnaliżmu responsabbli. “F’dan il-każ Muscat qed jistrieħ fuq provi li nġabru f’investigazzjoni li swiet miljun ewro u li hi (Daphne), li ma kellhiex miljun ewro x’tonfoq, fejn qagħdet fuq ir-regoli tal-ġurnaliżmu responsabbli.

Dan jikkawża preġudizzju lill-akkużati,” qalet l-avukat. Comodini Cachia, li saħqet li l-valutazzjoni ta’ Caruana Galizia tal-provi li kellha aċċess għalihom ma setgħetx titqabbel ma’ dik miġbura fl-inkjesta Maġisterjali twila, li swiet il-miljuni u użat riżorsi li ma kinux disponibbli għaliha.

“Jekk is-sors jiżvela ruħu, dik hija d-deċiżjoni tas-sors, iżda l-ġurnaliżmu responsabbli ma jiddependix fuq sors wieħed.” Wieħed mill-avukati li jirrapreżenta lill-Avukat tal-Istat iddetta nota lill-qorti, fejn argumenta li l-każ kostituzzjonali mhux f’waqtu u n-nuqqas tal-atturi li jeżawrixxu r-rimedji legali ordinarji qabel ma jressqu l-kawża kostituzzjonali.

L-Avukati Pawlu Lia u Charlon Gouder, li dehru għall-Muscats, issekondaw is-sottomissjonijiet tal-Avukat tal-Istat u talbu li l-qorti tagħti deċiżjoni dwar jekk persuna mejta tistax tkun parti fi proċeduri ġudizzjarji, u mhux il-werrieta.

“Dan huwa każ għal per eċċellenza fejn il-parti l-oħra qed tammetti li għandha rimedju ordinarju,” qale l-Avukat Lia. L-imħallef staqsiet x’qiesu bħala r-rimedju ordinarju li kellu jiġi eżawrit. “Llum diġà hemm każ għaddej,” qal l-Avukat Lia.

“L-atturi preżenti ma kinux l-atturi oriġinali, iżda ngħaqdu fi stadju aktar tard u qed jinsistu fuq ċerti motivi. Huma kellhom l-intenzjoni li jħajru xhud partikolari, iżda għal xi raġuni ma setgħux, wara li xehdu r-rikorrent u ibnu…”

“X’inhu r-rimedju?” tenniet l-imħallef. “Qed jgħidu li ma kienx hemm smigħ ġust,” wieġeb Dr. Lia. “Qegħdin quddiem qorti kostituzzjonali, li preżumibbilment hija imparzjali. “X’inhu l-għan tal-kawża kostituzzjonali? Il-kawża l-oħra għadha għaddejja wara li l-atturi ssostitwixxew lilhom infushom fil-pożizzjoni tal-konvenut. Għalhekk għandhom rimedju.”

L-avukat tal-Avukat tal-Istat Maurizio Cordina żied jgħid li l-każ ta’ libell għadu għaddej u l-partijiet fih ukoll għad għandhom l-opportunità li jappellaw riżultat sfavorevoli. Dr. Comodini Cachia wieġbet li l-punt tal-preżentata tal-kawża kostituzzjonali kien li r-rikorrenti qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet quddiem qorti oħra iżda huma preklużi milli jesebixxu provi fid-difiża tagħhom.

“Il-personalità tal-persuna maqtula hija waħda partikolari. L-informazzjoni kollha dwar is-sorsi tagħha mietet magħha. Anke jekk għadha ħajja, ikollha tipproteġi s-sorsi tagħha. Fortunament Daphne Caruana Galizia kienet diliġenti biżżejjed biex immedjatament tippreżenta risposta għall-libell u, fil-fatt, inqatlet tlett ijiem wara.

“Peress li l-werrieta huma obbligati li jkollhom l-atti trasferiti fuqhom, jinsabu f’pożizzjoni li ma jistgħux iġibu. din l-evidenza għax ma jafux min huma dawn is-sorsi u għad għandhom l-obbligu li jipproteġuhom.”

“Mhux każ ta’ rebħ jew telf ta’ libell, imma fejn il-maġistrat li qed jisma’ l-libell jeħtieġ li jisma’ provi li jien ma nistax nipproduċi,” qalet l-avukat. “Jien suppost insejjaħ lil kull kull min hu b’xi mod involut u nistaqsihom ‘int is-sors?’?” hu qalet, u żiedet li jekk il-koppja Muscat jissuspettaw lil xi ħadd, “jistgħu jsejħuh huma dawn l-istess persuni.”

L-avukat spjegat li kellha bżonn dan ix-xhud biex jixhed dwar kif Caruana Galizia ipproteġiet is-sorsi tagħha. Dr. Lia qal lill-Imħallef li Caruana Galizia kienet xehdet qabel l-inkjesta Egrant tliet darbiet “u kienet obbligata tgħid dak kollu li kienet taf u hekk għamlet.”

“Is-sors li indikat kien Efimova u l-Imħallef Aaron Bugeja wasal għall-konklużjonijiet tiegħu.” Sussegwentement Efimova ħarbet minn Malta u ma setgħetx tiġi ppreżentata bħala xhud. “Qed ngħidu li kull każ fejn l-akkużati ma jistgħux iġibu x-xhieda tagħhom għax xi ħadd ikun imsiefer għandu jiġi deċiż favurihom?”

L-inkjesta kienet diġà ġiet esebita fil-każ ta’ libell f’forma diġitali, qal Dr.Lia, u żied li kienet ippubblikata wkoll mill-AĠ u hi disponibbli fil-gazzetti u għalhekk trid tiġi esebita fiżikament f’dan il-każ. Dr. Comodini Cachia sostniet li l-kwistjoni tal-inkjesta tittratta l-merti u kkaġunat preġudizzju lill-klijenti tagħha, “għax f’dan il-każ Muscat qed jistrieħ fuq provi miġbura f’investigazzjoni ta’ miljun ewro u li l-imputat, li ma kellhiex miljun ewro x’tonfoq, bbażat fuq ir-regoli ta’ ġurnaliżmu responsabbli”.

L-avukat saħqet li l-valutazzjoni ta’ Caruana Galizia tal-provi li kienet rat ma setgħetx titqabbel ma’ investigazzjoni uffiċjali ta’ xhur,” li tiswa miljuni u tuża riżorsi li mhumiex disponibbli għall-imputata.” “Jekk is-sors jiżvela ruħu, dik hija d-deċiżjoni tas-sors, iżda l-ġurnaliżmu responsabbli ma jiddependix fuq sors wieħed.”

Qabel iddifferixxit l-kawża għal Diċembru, l-imħallef ordnat li l-kopja legali tal-proċeduri ta’ libell esibiti fil-kawża kostituzzjonali trid tinkludi wkoll “kull esebit u anness fi kwalunkwe format”.