Lokali

€60,000 allokati min fondi pubbliċi biex jiġi rranġat l-uffiċċju l-ġdid ta’ Norma Saliba

Is-somma ta’ madwar €30,000 f’fondi pubbliċi li ġew allokati għax-xiri ta’ kotba għat-tfal għal-libreriji tal-gvern qabel l-aħħar tas-sena issa se jintużaw biex jiġi irranġat l-uffiċċju l-ġdid ta’ Norma Saliba fil-Belt Valletta. Dan ġie żvelat mis-sit The Shift News.

Norma Saliba, li rriżenjat minn kap tal-aħbarijiet min mal-PBS wara tilwim mal-Kap Eżekuttiv Mark Sammut, issa ingħatat rwol ġdid bħala l-kap eżekuttiv taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ilsien Malti mill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici.

Minflok ma ġie ifaċilitat il-litteriżmu fost it-tfal Maltin, issa ġie skopert li l-flus issa se jintużaw għal l-modernizzar ġdid għal l-uffiċju il-ġdid ta’ Norma Saliba wara li ġie deċiż mil-ministru Owen Bonnici. Barra minn hekk, somma ta’ €30,000 oħra se jittieħdu mill-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-gvern tal-Fondazzjoni Kottonera biex jinħoloq baġit tax-xogħol għal Saliba fir-rwol il-ġdid tagħha, wara deċiżjoni tas-Segretarju Permanenti Joyce Dimech fuq struzzjonijiet diretti tal-Ministru Bonnici.

Norma Saliba li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet taħt assedju ta’ krittika, issa qed tħabat wiċċa ma skandlu ġdid fejn dawn il-flus li se jintefqu għal-imodernizzar tal-uffiċju tagħha insterqu min ħalq il-poplu wara li dawn il-fondi kienu allokati għal fond edukativ, prova oħra ta kif il-ministri laburisti jaqgħdu lil minhu tal-qalba.