Il-membri tal-Gvern donnhom kuntenti li quddiem l-għoli tal-ħajja qed isir biżejjed. Dan hekk kif fi kliem is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli…il-Gvern “diġa’ qiegħed jgħin”. U b’hekk implikat li qed isir biżejjed.
Il-piż tal-prezzijiet kompla jitfa’ pressjoni enormi fuq il-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin. Bil-prezz tal-prodotti bażiċi jgħola immens fl-aħħar sentejn; minn ħobż sal-ħalib – mill-għaġin sal-laħam – kollox sploda.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri qalilna li l-livell tal-għejxien f’Malta “huwa tajjeb”. Dan meta mistoqsi jekk jaqbilx mal-Ministru Chris Fearne li bħalissa pajjiżna għandu l-aqwa kwalità tal-ħajja li qatt kellu.
Il-Ministtu Schembri injora wkoll il-fatt li bosta entitajiet appellaw lill-Gvern sabiex ibiddel id-direzzjoni ekonomika – meta f’pajjiżna hawn individwi li mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.
//= $special ?>