Lokali Parlament

Il-gvern m’għandux inaqqas il-poteri lill-kunsilli lokali


Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar


Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar appella biex il-gvern ma jnaqqasx il-poteri lill-kunsilli lokali.


Fil-parlament Robert Cutajar qal li tajjeb li jkun hemm diskussjoni dwar il-proposta li persuni ta’ 16-il sena jistgħu jsiru sindki iżda fl-istess mument il-gvern qed inaqqas il-poteri tal-kunsilli lokali. Hu sostna li l-gvern ħa deċiżjoni żbaljata meta neħħa l-poteri kollha mingħand il-kunsilli lokali u tahom lill-LESA.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kunsilli lokali kellhom jingħataw iktar poteri biex jirregolarizzaw is-sitwazzjonijiet fil-lokaliatjiet, inkluż il-problemi ta’ sigurtà fil-lokalitajiet. Hu semma’ lil Għawdex u qal li hemm mewġa ta’ kriminalità f’din il-gżira.


Kien l-MŻPN li ressaq l-ewwel proposta għall-vot ta’ 16-il sena u l-PN appoġġja l-mozzjoni li kien ressaq il-gvern.


Robert Cutajar appella biex il-kunsilli lookali ma jinqerdux u biex il-kunsilli lokali jingħataw iktar poteri. Hu appella wkoll biex l-għases tal-pulizija ma jibqgħux magħluqin mingħajr ma jitnaqqas il-kunċett tal-Pulizija tal-Komunità. Filwaqt li semma’ n-neighborhood watch, Robert Cutajar qal li fil-Mellieħa dan il-kunċett ħadem wara li kien introdott fid-disingħinijiet.