Lokali Parlament

Il-parament Malti għandu jikkundanna lill-Ħamas b’riżoluzzjoni parlamentari


Carm Mifsud Bonnici, PN


Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li għandha ssir kundanna għall-attakki riċenti tal-Ħamas fuq Iżrael partikolarment wara s-sejba ta’ numru ta’ tfal Iżraeliti li nstabu maqtula b’rashom maqtugħa mill-Ħamas.


Hu qal li l-pajjiż dejjem kien favur s-soluzzjoni ta’ żewġ stati iżda l-atroċità li saret mill-Ħamas hi inkredibbli. Parlamenti oħra diġà għamlu riżoluzzjonijiet dwar din is-sitwazzjoni iżda f’Malta qisu ma ġara xejn; dak li għamlu l-Ħamas ifakkar f’dak li seħħ fit-Tieni Gwerra Dinjija b’mentalità mill-agħar. Hu appella biex issir riżoluzzjoni parlamentari biex ikun stabbilit li din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli għal Malta.


Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Carm Mifsud Bonnici qal li din il-liġi se ssaħħaħ id-demokrazija iżda jekk ma jkunx hemm il-garanziji meħtieġa fl-avviż legali tixref fil-libertà tal-bniedem u tpoġġieh f’pożizzjoni żvantaġġjata.


Hu semma’ l-ordinanza tal-kondotti li tippermetti lin-nies li nstabu ħatja ta’ delitti li ma jinżammx fir-rekord kriminali tagħhom.


Hu spjega kif tul iż-żmien il-liġi saret biex il-persuni li jkunu nstabu ħatja jkunu jistgħu jsibu impjieg iżda b’din il-liġi, ċertu awtoritajiet ikunu jistgħu jitolbu r-rekord tan-nies biex jieħdu deċiżjonijiet jekk jimpjegawhomx lin-nies ma’ awtoritajiet jew korpi. Din hi inkwetanti għax tiffoka fuq kontravenzonijiet, li qabel ma kinitx tinkludiehom.


Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna ma jikkontestawx il-kontravenzjonijiet għakeix dawn jitħallsu meta l-persuna titħallas il-liċenzja. Issa din id-deċiżjoni se tittieħed kontra l-persuni involuti, spjega Carm Mifsud Bonnici, li staqsa għaliex il-ministru daħħal lill-FAM, lill-ministeri tat-trasport u tal-edukazzjoni fost l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni.


Carm Mifsud Bonnici qal li hu punt ta’ inkwiet għaliex id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għandhom ikunu garantiti speċjalment quddiem dawk il-persuni li jistgħux jiddefendu lilhom innfushom.


Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux ġust li dawn il-kontravenzjonijiet se jkunu jistgħu jeffettwaw jekk persuna jkunx impjegat jew le. Din hi perikoluża, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-kontravenzjonijiet tat-traffiku se jkunu aċċessibbli għal ċertu awtoritajiet.


Carm Mifsud Bonnici sostna li ċ-ċittadini għandhom ikunu informati jekk sarux talbiet għal informazzjoni dwarhom.