Il-parlament sellem il-memorja tad-deputat Laburista Cettina Darmenia Brincat li mietet ftit ilu b’diskorsi mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Cettina Darmenia Brincat kienet waħda mill-eroj tiegħu fimkien mad-deputati Evelyn Bonaci, Anne Agius Ferrante u Agatha Barbara.
Hu qal li kien hemm żmien meta Cettina Darmenia Brincat kienet l-uniku deputat femmili fil-parlament. Il-legat li ħalliet warajha Cettina Darmenia Brincat bejn l-1981 u l-1987 ma kienx marbut biss ma’ dik il-leġiżlatura iżda hu marbut mal-mod kif is-soċjetà evolviet biex illum hemm iktar deputati nisa fil-parlament.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Cettina Darmenia Brincat daħlet fil-parlament fi żminijiet turbulenti tal-pajjiż u sellmilha bħala għalliema. Hu qal li Darmenia Brincat ħadem biex tgħolli r-rispett ta’ din il-professjoni u ħalliet il-marka tagħha bħala deputat fil-parlament