Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna fil-parlament li n-nies għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tar-Regoli tal-qorti.
Hu qal li l-Bord tar-Regoli jtejjeb il-mod kif tkun amministrata l-ġustizzja fil-pajjiż u spjega li dawn ir-regoli kienu emendati fl-2008.
Hu qal li tajjeb u utli li jkun hemm l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat f’dan il-bord. Il-kompożizzjoni tal-kumitat għandha nuqqas minħabba li fih m’hemmx rappreżentant tan-nies.
Id-deputat Nazzjonalista qal li n-nies għandhom perspettiva differenti minn dik li jesperjenzaw l-avukati u l-professjonisti li jaħdmu l-qorti.
Il-PN kien ippropona li jitwaqqaf Kumitat tal-Utenti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li ppropona li jiwtaqqaf grupp imħallfin iffukati biss fuq il-kawżi kostituzzjoni u fuq l-appelli kostituzzjonali.
Hu ppropona li l-ġurijiet il-kbar ma jsirux il-qorti iżda jinstab post ieħor barra l-Belt. Hu ppropona wkoll i l-Qorti tal-Kummerċ ma tibqax parti mill-binja tal-qorti biex ikun hemm speċjalizzazzjoni.