Diversi persuni fl-aħħar jiem ilmentaw ma’ Net News wara li l-Gvern biddel pilloli partikolari li ssoltu kienu jingħataw mill-POYC għall-kundizzjoni taz-zokkor.
Nies li tkellmu magħna qalulna li sa ftit ilu, il-Gvern kien jagħti mediċina bl-isem ta’ Galvus għaz-zokkor. Iżda issa, dawn m’għadhomx disponibbli mill-POYC.
Minflok il-Galvus, jidher li issa qed jingħataw pilloli tad-ditta Grindex. B’persuna partikolari tgħidilna li dawn huma inferjuri għal dawk li kienu jingħataw qabel.
Wieħed mill-individwi li kkuntatjana qalilna li l-Gvern qed ikompli jixxaħħaħ mas-saħħa tan-nies li jbgħatu biz-zokkor. Dan filwaqt illi nsista li din mhix l-ewwel darba li qabdu u biddlu l-pilloli.
Mara oħra qaltilna li issa se jkollha toħroġ il-flus mill-but biex tixtri l-pilloli li kienet tieħu qabel mill-POYC.
//= $special ?>