Lokali

Konfużjoni fil-Labour iżda ebda apoloġija mingħand Abela

Ma jafux x’se jwieġbu dwar Aġius Saliba – Il-Prim Ministru jmeri dak li qal Borg Manche

Kundanna assoluta minn naħa tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji fil-konfront tad-diskors li għamel l-Membru Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba hekk kif attakka lin-negozji lokali f’livell Ewropew.

Il-Kamra tal-SMEs innotat li mhux l-ewwel darba li Agius Saliba ħareġ b’dan it-tip ta’ attakk u ddeskrivew l-aġir tiegħu bħala wieħed ipokrita u li jmur kontra l-prinċipji tal-Partit Laburista li hu jirrappreżenta.

B’rabta ma’ dan kollu l-Erbgħa waranofsinhar Net News staqsa lil sħabu d-Deputati Laburisti jekk jaqblux miegħu…b’ħafna minnhom saħansitra jilgħabuha li m’għandhomx idea dwar xiex qed nistaqsuhom u oħrajn jaħarbu milli jwieġbu…f’konfużjoni sħiħa minn naħa tad-Deputati tal-Gvern.

B’rabta mal-aħħar dikkjarazzjonijiet li għamel l-issa eks Membru tal-Partit Laburista Conrad Borg Manche, Sindku tal-Gżira … kompliet toħroġ li qasma li bejn bejn il-Laburisti…iżda ċertament spikka s-silenzju ta’ Alison Zerafa Civelli….responsabbli proprju mill-Kunsilli Lokali.

Intant b’rabta ma’ dan kollu Net News staqsa lill-Prim Minsitru Robert Abela. Hekk kif il-Kamra tal-SMEs iddeskriviet l-aġir ta’ Alex Agius Saliba bħala tattiċi cheap biex jiggwadanja l-voti għal elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew…u insistiet li setgħa jieħu passi lokalemnt…Abela ma setax jispjega għalfejn attakka lin-negozji fl-Ewropa.

Dan filwaqt li b’rabta ma’ Conrad Borg Manche huwa saħaq li mhux vera li l-President tal-Labour, Ramona Attard irredikolatu fil-Qorti…mentri fil-verità hekk kif saħaq saħansitra fl-ittra tar-riżenja tiegħu.

Finalment staqsejnih dwar jekk jikkundannax id-diskors dispreġġjattiv u offensiv minn naħa tal-uffiċjali tal-customer care tal-OPM għal dawk meqjusa bħala ta’ kontrihom b’rabta mal-iskandlu tar-racket tal-liċenzji…iżda ma waslet ebda kundanna u ebda apoloġija anzi ħeġġiġhom jibqgħu sejrin hekk. Dan filwaqt li sal-aħħar…baqa’ jiddefendi lill-Ministru Ian Borg.