Lokali

L-Air Malta tħassar tliet titjiriet lejn Tel Aviv

Kawża tas sitwazzjoni f’ Iżrael, l-Air Malta ħassret tliet titjiriet minn Malta lejn Tel Aviv.

It-titjiriet huma KM826, minn Malta lejn Tel Aviv, li kienu skedati għas-Sibt 14 ,it-Tnejn 16, u l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru rispettivament. It-titjiriet KM827 minn Tel Aviv għal Malta ġew imħassra wkoll.

L-Air Malta minn naħa tagħha jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent, li din is-sitwazzjoni ħolqot, madanakollu is-saħħa tal-passiġieri kif ukoll tal-ekwipaġġ tibqa’ l-prijorità.

Il-passiġieri għandhom l-għazla li jew ibidlu il-biljetti għal destinazzjoni differenti jew ibidlu l-biljetti għal ġranet oħra.

L-Air Malta qalet ukoll li qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni f’Iżrael, u se tkun qed taġġorna t-titjiriet sussegwentament.