Futbol Sport

Linji gwida ġodda għall-VAR wara dak li nqala’ fil-partita bejn Tottenham u Liverpool

Iċ-Chief Refereeing Officer, Howard Webb qal li wara l-kontroversja fil-partita bejn Liverpool u Tottenham, fejn kien hemm gowl imħassar inġustament ta’ Luis Diaz ta’ Liverpool, ittieħdet azzjoni biex ikun evitat każ ieħor simili fil-futur.

Recordings li kienu ppublikati wara l-inċident kienu juru ċar li Darren England, li kien qed imexxi l-VAR fl-imsemmija partita, ma marx lura mid-deċiżjoni żbaljata li Diaz kien offside u nstema jgħid li ma jista jsir xejn għax il-logħob tkompla.

Liverpool tilfu l-konfront 2-1.

Webb qal li l-VAR ‘ma ħadmitx f’din l-okkażjoni’ u l-PGMOL kellha tieħu azzjoni malajr billi ħarġet linji gwida ġodda għar-referees li jkunu assenjati.

L-eks referee tal-Premier League qal li fost l-affarijiet li ġew diskussi u anke mibdula hemm affarijiet relatati mal-komunikazzjoni bejn ir-referees fil-pitch u dawk tal-VAR biex il-metodu jkun aktar ċar għal kulħadd.

Howrd Webb stqarr li l-PGMOL (Professional Game Match Officials Board) tinsab diżappuntata għar-reputazzjoni tagħha’ u li minn dakinhar ‘l hawn kien hemm ħidma sfieqa biex ikun deċiż xi jrid isir biex dak li ġara ma jerġax jirrepeti ruħu.

Webb qal ukoll li l-International Football Association Board (Ifab), qabel ma’ ġara dan il-każ, kienet diġa’ qed taħseb li jkun hemm reviżjoni tar-regolamenti tal-VAR u ma jesklusiex li jkun hemm tibdil fil-futur qarib.