Lokali

Mara residenti San Pawl Il-Baħar, sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 39 sena soffriet ġrieħi gravi wara inċident li seħħ in-Naxxar.

Il-każ seħħ l-Erbgħa, għal ħabta ta’ 08:40 fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza Mini Cooper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħ’Attard u mutur misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin