Lokali

Tifla ta’ 9 snin fil-periklu tal-mewt

Tifla ta’ 9 snin sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet fuq xi ħġieġ.

Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta ta’ 18:30 fi Triq Ġużeppi Bajada, ix-Xagħra, meta għal xi raġuni tifla Spanjola ta’ 9 snin sofriet ġrieħi kkawżati minn ħġieġ ta’ bieb li waqgħet fih.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħaditha l-Isptar Ġenerali t’ Għawdex għall-kura medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.