Tlesta ufficjalment il-proġett ta’ rinovazzjoni tal-Prijorat ta’ Navarra fit-Teatru Manoel, li jinkludi ir-rinovar tas-Sala Isouard. Dan filwaqt li inbena booking office ġdid.
Issa, is-Sala Isouard, minbarra li se tintuża’ bħala spazju għal laqgħat, se tintuża wkoll għall-konferenzi, riċevimenti, u kunċerti fuq skala iżgħar, u se toffri esperjenza teatrali u unika.
Minn naħa tiegħu, iċ-Chairperson tat- Teatru Manoel Michael Grech saħaq li t-tlestija ta’ dan il-proġett huwa pass importanti għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-promozzjoni tal-arti – xoghlijiet li jistgħu jrendu aktar dħul, li eventwalment jiġi investit lura fil-programm artistiku.
Minn naħa tiegħu, id-direttur Artistiku tat-Teatru Manoel Adrian Mamo sostna li l-ftuħ tal-Prijorat rinnovat jaħbat eżatt mat-tnedija tal-istaġun artistiku 2023/24 tat-teatru. U għaldaqstant l-istaġun li ġej ser joffri varjetà ta’ wirjiet minn musicals bħal dak popolari u ikoniku ta’ Grease … sal-ewwel opra ta’ Mozart.
Adrian Mamo spjega li ser jitellgħu 26 produzzjoni oriġinali minn TOI TOI: il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni ta’ Teatru Manoel, oħrajn klassiċi bħall-pantomimi annwali tal-Milied, għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet stabbiliti bħal ŻiguŻajg u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, proġetti fil-komunità, u ħafna aktar.
//= $special ?>