Lokali

Żewg fkieren rilaxxati lura fil-baħar

Żewġ fkieren bl-isem ‘Nadia’ u ‘Maria’ nħelsu lura fil-baħar wara kważi xahrejn ta’ trattament fil-wildlife Rehab Centre.

‘Nadia’ ġiet salvata fl-4 ta’ Awwissu ta’ din is-sena meta nstabet f’wiċċ l-ilma feruta b’ganċ f’ħalqha, filwaqt li l-fekruna ‘Maria’ ġiet salvata fl-20 ta’ Awwissu wara li belgħet ħafna plastik u nstab li kellha wkoll diversi feriti minn ġrieħi preċidenti.

Il-President ta’ Nature Trust Malta, Vince Attard, minn naha tieghu appella lill-pubbliku biex il-bajjiet jinżammu nodfa u ħielsa mill-plastik.