Stefano Corso, t-tabib Malti li kien irrappurtat nieqes mill-Pulizija f’Cape Town, instab qawwi u sħiħ.
Id-dettalji tal-għibien tiegħu għadom mhux magħrufa.
Aktar kmieni:
Stefano Corso jinsab nieqes wara li attenda konferenza medika f’Cape Town, fl-Afrika t’Isfel, u ma rritornax id-dar. Il-pulizija ta’ Cape Town bħalissa għaddejja bit-tfittxija.
It-tabib Stefano Corso, li huwa oriġinarjament minn Malta u għandu 29 sena, ma ntlemaħ minn ħadd minn sħabu wara li l-Erbgħa wara nofsinhar, għall-ħabta tat-3:35pm, kien qed jagħti taħdita waqt seminar mediku f’Paarden Island.
Skont stqarrija tal-pulizija, Corso kien liebes qalziet beige, flokk abjad, u ġakketta sewda l-aħħar li deher. Ir-rapporti jissuġġerixxu li ħareġ mill-konferenza biex jattendi għal telefonata iżda qatt ma rritorna lura. Hu deher l-aħħar ħiereġ mill-bini fuq evidenza tal-vidjo li ġie pprovdut lis-Servizz tal-Pulizija tal-Afrika t’Isfel.
Minkejja l-aqwa tentattivi tagħhom, l-impjegati tiegħu ma setgħux jagħmlu kuntatt miegħu bit-telefon. Wara dakinhar, ħadd ma reġa’ ra jew sema’ mingħandu, u għalhekk ġie rrappurtat lill-Pulizija.
//= $special ?>