Jirritornaw il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 fejn hawn nagħtu ħarsa lej il-logħbiet tal-lejla.
GRUPP A
L-Iskozja hija l-leader sorpriża fi Grupp A u tista’ tassigura kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 billi tegħleb lil Spanja illum. B’rekord ta’ 100% s’issa, l-Iskoċċiżi jistgħu wkoll jikkwalifikaw jekk in-Norveġja titlef f’Ċipru fil-logħba l-oħra tal-grupp. Il-midfielder Scott McTominay ħejja għall-partita fi Spanja b’żewġ gowls tard fir-rebħa tar-rimonta ta’ Manchester United kontra Brentford nhar is-Sibt.
GRUPP D
B’rebħiet kontra l-Latvja u l-Armenja x-xahar li għadda, il-Kroazja marru fil-quċċata ta’ Grupp D b’differenza ta’ goals aħjar. Il-Kroati, li ġew it-tielet fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar is-sena l-oħra, jilqgħu t-Turkija li tinsab fit-tieni post u rebħa tarahom imorru ’l bogħod mill-eqreb rivali tagħhom. L-Armenja tiffaċċja l-Latvja fl-aħħar post u rebħa tista’ tarahom jitilgħu t-tieni, skont ir-riżultat tal-logħba bejn il-Kroazja u t-Turkija.
GRUPP E
Il-Polonja tilgħab għall-ewwel darba minn meta tkeċċa l-kowċ Jorge Santos ix-xahar li għadda. Il-kowċ Portugiż, li mexxa lil pajjiżu għar-rebħa fil-Euro 2016, kien ilu biss disa’ xhur fix-xogħol. Iżda telaq wara bidu diżappuntanti biex jikkwalifika għall-Euro tas-sena d-dieħla u ġie mibdul ma’ Michal Probierz. Probierz mistenni li jagħmel bidu rebbieħ kontra l-Gżejjer Faroe. L-ewwel tnejn fi Grupp E jmorru ras imb’ras illum meta l-Albanija tilqa’ lir-Repubblika Ċeka.
GRUPP I
Ir-Rumanija tista’ tmur fil-quċċata ta’ Grupp I billi tegħleb lill-Belarus illejla, filwaqt li Andorra fl-aħħar post tospita lill-Kosovo.
Illum
Latvja v Armenja
Albanija v Rep. Ċeka
Andorra v Kosovo
Belarus v Rumanija
Kroazja v Turkija
Ċipru v Norveġja
Gżejjer Faroe v Polonja
Spanja v Skozja
Għada
Estonja v Ażerbajġan
Awstrija v Belġju
Iżlanda v Lussemburgu
Irlanda v Greċja
Liechtenstein v Bożnja
Olanda v Franza
Portugall v Slovakkja