Iżrael qed jinsisti li jkompli bl-assedju fuq Gaza fost l-għeluq tal-aċċessi għall-movimenti tal-ikel u affarijiet bażiċi lejn dan it-territorju. U skont il-kelliema għall-Gvern Iżraeljan din il-politika se tibqa’ soda minkejja t-tbatija tar-residenti ċivili fit-territorju.
Iżrael qed jagħmilha ċara wkoll li l-assedju ta’ Gaza għandu jkompli sakemm jinħeles l-aħħar minn fost il-grupp tal-ostaġġi Iżraeljani li qed jinżammu mill-Hamas,. Filwaqt li t-terroristi ilhom il-ġranet jinsistu li se joqtlu ostaġġ għal kull attakk ġdid fuq Gaza min-naħa ta’ Iżrael ma hemm l-ebda provi li t-theddida qed titwettaq (għalissa) bħala prattika.
Intant, qed jinħass bil-kbir in-nuqqas tal-ilma, l-elettriku u l-fuel fil-Medda ta’ Gaza –bin-nies fit-territorju qed ikollhom jiddependu għal kollox fuq il-generators.
Dan waqt li l-Iżraeljani qed jitilqu l-fuljetti mill-ajru biex iwissu lin-nies ta’ Gaza ħalli jsibu l-kenn fix-xelters peress li l-qawwiet ta’ Iżrael iridu akkost ta’ kollox jeqirdu l-bini kollha li qed iservu bħala bażijiet u kwartieri għall-Hamas.
//= $special ?>