L-avukat tal-midfielder ta’ Juventus Nicolò Fagioli ikkonferma l-Erbgħa li l-plejer qed jiġi investigat mill-prosekuturi f’Turin fuq mħatri online permezz ta’ websajts mhux awtorizzati.
Fagioli stess wissa lill-prosekutur tal-federazzjoni Taljana tal-futbol dwar il-każ u ż-żagħżugħ ta’ 22 sena qed “jikkoopera kemm mal-awtoritajiet ġudizzjarji kif ukoll mal-awtoritajiet sportivi bl-akbar trasparenza,” qal l-avukat Armando Simbari lill-aġenzija tal-aħbarijiet LaPresse.
Simbari żied jgħid li Fagioli “m’għandux rwol rilevanti” fl-investigazzjoni u “fil-fatt irid jikkontribwixxi għall-inkjesta.”
Fagioli jiffaċċja projbizzjoni għal bosta snin jekk jinstab ħati li kiser protokolli sportivi.
Fagioli lagħab f’sitta mit-tmien partiti ta’ Juventus fis-Serie A dan l-istaġun u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa midfielders żgħażagħ tal-Italja.
Dan il-każ hu ieħor f’sensiela twila ta’ kwistjonijiet barra l-grawnd għal Juventus. Il-midfielder Paul Pogba huwa sospiż proviżorjament wara li rriżulta pożittiv għal testosterone, u każ ta’ accounting falz wassal biex Juventus jiġu esklużi mill-UEFA mill-Europa Conference League f’dan l-istaġun.
L-eks President tal-klabb Andrea Agnelli għadu pprojbit minħabba l-każ tal-kontabilità falza.
//= $special ?>