Futbol Sport

Ivan Woods isejjaħ l-iswadra finali ta’ 22 plejer

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Ivan Woods sejjaħ l-iskwadra finali ta’ plejer għaż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni mill-kampjonat ewropew tal-kategorija.

It-tim Malti se jkun impenjat f’żewġ logħbiet kontra l-Belġju u kontra l-Iskozja.

Għada l-Ġimgħa Malta tilgħab kontra l-Belġju fit-Tony Bezzina Stadium, filwaqt li t-Tlieta f’Motherwell Malta tilgħab kontra l-Iskozja.

Il-logħba kontra l-Iskozja se tkun l-ewwel logħba barra minn xtutna għat-tim immexxi minn Woods, wara ż-żewġ telfiet kbar li sofrejna f’Kordin kontra Spanja u l-Ungerija.

L-iskwadra finali magħżula minn Ivan Woods hi din:

Goalkeepers – Dylan Ciappara (Mosta FC), Matthias Debono (Naxxar Lions FC), Hugo Sacco (Eastern New Mexico University).

Difensuri – Matthew Ellul (Żabbar St. Patrick FC), Zean Leonardi (Pieta’ Hotspurs FC), Mattias Ellul (Santa Lucia FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Isaac Cutajar (Pieta’ Hotspurs FC).

Midfielders – Jake Micallef (Leixoes), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Daniel Letherby (Eastern New Mexico University), Andrew Borg (Gżira United FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Karl Mohnani (Melita FC), Nikolai Micallef (Naxxar Lions FC). 

Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Alfie Bridgman (Eastbourne Borough), Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (Messina Calcio), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC).