Il-problemi fis-sistema edukattiva tagħna qed ikomplu joħorġu fil-beraħ hekk kif aktar edukaturi fl-aħħar ġimgħat spiċċaw jirriżenjaw. Dan hekk kif illum ħarġet fil-beraħ storja oħra, din id-darba ta’ LSE
Fuq il-media soċjali, Riyana Stivala żvelat kif hi kellha problemi ta’ saħħa mentali. U meta affaċjat lill-Kap tal-Iskola biex tieħu sick, hi ma tħalliet tmur id-dar. Dan apparti li fl-aħħar sena kellha wkoll problemi oħrajn, fosthom minħabba t-tattoos li għandha.
“Kelli nitlaq minn LSE għax ħassejtni mwarrba”, qalet Stivala fuq TikTok.
Emozzjonata, din l-LSE tgħid li hi ħassitha mhix aċċettata. U tuża l-frażi “rejected“. Hi tgħid li kienet tħoss uġigħ f’forma ta’ panic attack – xi ħaġa li tfissirha bħala trawma.
Riyana Stivala tgħid ukoll li talbet transfer, iżda d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma tahix transfer.
Din l-esperjenza ta’ Stivala issegwi dik ta’ Shanice illi fl-aħħar ġimgħat kellha tirriżenja minn għalliema. Anke hi, ippubblikat video fuq il-media soċjali fejn tkellmet dwar id-diffikultajiet moħbijin li jesperjenzaw kuljum l-għalliema fl-iskejjel Maltin.
//= $special ?>