Tal-anqas 1,200 Iżraeljan inqatel mindu beda l-attak tal-Ħamas u aktar minn 2,700 persuna feruti, filwaqt li tal-anqas 1,100 Palestinjan spiċċa mejjet fl-attakki ta’ ritaljazzjoni fuq l-art. Waqt li eskala dan il-kunflitt, is-sitwazzjoni għall-poplu ta’ Gaza qed issir aktar iddisprata. Dan hekk kif issa kif kien mistenni, l-elettriku wkoll ġie maqtugħ fil-medda ta’ Gaza wara li l-uniku impjant tal-enerġija spiċċa bla fuel.
Il-linji tal-ajru u l-gvernijiet qed jitħabtu biex jevakwaw eluf ta’ turisti minn Iżrael qabel attakk possibbli fuq l-art fuq il-medda ta’ Gaża. Ilbieraħ il-militar ta’ Iżrael qal li kien se jwettaq “attakk fuq skala kbira” fuq miri li jappartjenu lill-Ħamas f’Gaża, iżda ma ta l-ebda dettalji, hekk kif Iżrael ifforma gvern ta’ għaqda ta’ emerġenza.
Din il-mossa seħħet hekk kif il-militar Iżraeljan qed jaħkem f’Gaza biex jegħleb lill-grupp militanti Palestinjan, qabel offensiva possibbli fuq l-art fl-istrixxa kostali.
//= $special ?>