Internazzjonali Sport Sport Ieħor

L-IOC tissospendi l-kumitat Russu tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Il-kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi ssospenda b’mod immedjat lill-kumitat Russu tal-Olimpjadi minħabba l-invazjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.

L-IOC stqarret li din id-deċiżjoni waslet wara li l-kumitat għaraf li l-invazjoni ukoll tfisser diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet kontra l-kumitat Nazzjonali tal-Ukrajna.

Din is-sospensjoni tfisser li l-kumitat Russu m’għadux intitolat li jopera bħala kumitat uffiċjali tal-Olimpjadi, u ma jistax jirċievi fondi allokati mill-kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi.

L-IOC żiedet li għadhom ma ħadu l-ebda deċiżjoni rigward il-parteċipazzjoni tal-atleti Russi b’mod indipendenti.