Edukazzjoni Lokali

L-istudenti fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq qed jitħallew fis-sħana

Ritratt: Newsbook

Proprju ftit tal-ġranet ilu, il-Gvern ħareġ jiftaħar li għamel rinnovazzjoni fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq… bil-Ministru Clifton Grima kien ftaħar li issa din l-iskola ġiet prattikament ġdida.

Iżda issa, meta dħalna fit-tielet ġimgħa mill-bidu ta’ sena skolastika ġdida, is-sistema tal-arja kundizzjonata f’din l-iskola ma taħdimx.

Bosta persuna li għamlu kuntatt ma’ dan is-sit stqarrew kif l-istudenti u anke l-edukaturi qed ikollhom joqogħdu fis-sħana hekk kif fil-klassijiet, apparti li l-AC’s ma jaħdmux, lanqas hemm fannijiet.

Meta s-Surmast ta’ din l-Iskola lmenta dwar dan, intalab mill-Ministeru biex jixtri l-fannijiet mill-fondi tal-iskola… meta dan mhux suppost li jsir.

Numru ta’ edukaturi li jaħdmu f’din l-iskola għamlu kuntatt kemm mal-Ministeru tal-Edukazzjoni kif ukoll mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex iwassalu t-tħassib tagħhom, iżda sal-lum ħadd għadu ma tahom tweġiba ta’ x’se jiġri u kif se titranġa din is-sitwazzjoni.