Lokali

“Ma flaħtx aktar” – Conrad Borg Manchè

Ma kellix triq oħra ħlief li nhar is-Sibt li għadda nibgħatilhom, ma kellix triq oħra, ma flaħtx ikar.” 

Kliem is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche meta l-Erbgħa filgħaxija waqt Net Live tkellem għall-ewwel darba fi programm televiżiv dwar ir-riżenja tiegħu mill-Partit Laburista….bis-Sindku innifsu jispjega kif matul is-snin il-Partit inbidel, u ma baqax bit-twemmin soċjalista tiegħu li jaħdem għaż-żgħir.

Is-Sindku tal-Gżira – li illum sar Sindku indipendenti – jistqarr li l-affarijiet komplew imorru għall-agħar f’dawn l-aħħar snin.

Kif bdiet it-tieni leġislatura, qisu nbidel kollox… ma nafx x’ġara… jien inzertajt karattru sod imma mbagħad tibda tgħejja hux. Tgħid, jien qed ngħażaq fl-ilma, tgħid jien qed naqdef ‘il quddiem u huma qed jitfawni lura.

Conrad Borg Manche stqarr li l-aħħar darba li kellem lill-Prim Ministru kien f’Lulju li għadda fejn minn dakinhar sal-lum il-ġurnata ma sar assolutament xejn minn dak li kienu tkellmu dwaru.

Din tal-ġnien bqajt insus warajha jien, bgħatt sensiela ta’ emails qabel lil-Lands Department li qatt ma ġew risposti… dan ħwejjeġ in-nies qed nitkellmu u għandek kunsill lokai li jrid jagħmlu dan il-ġnien… b’liema dritt iċċaħħad lill-poplu milli jkollu dan il-ġnien sabiħ.  Allura kif rajt dawn l-affarijiet ma flaħtx iktar. Għalhekk id-deċiżjoni ħadtha, Għax għedt dan se noqgħod niġri warajhom jien meta għaddew dawn ix-xhur kollha u ma ġara xejn.”

Bis-Sindku jistaqsi għaliex sal-lum il-ġurnata, minkejja li kien hemm bosta nies li qablu miegħu… għadu ma ħariġx il-permess biex isir il-proġett tal-ġnien fil-Gżira.

Għax ma ngħatajtx il-go-ahead mil-lands deparment biex napplika mal-PA. Għadni sal-lum ma smajt xejn. Faċli tgħid hekk, imma jekk m’għandix il-go-ahead…bil-paroli biss il-ġnien mhux se jsir.

Kien hawn fejn Conrad Borg Manche qal li l-aġir tal-Prim Ministru huwa biss “inkejja” li qed issir fil-konfront tiegħu. Bis-Sindku tal-Gżira qal li ma setax jaċċetta li jibqgħu ibatu n-nies tal-lokalità.

L-iktar li ħadtha dik id-deċiżjoni għax mhux jien biss qed inbati, kieku qed inbati jien biss nissaporti, imma qed ibatu n-nies. U jekk qed ibatu n-nies jiena qiegħed f’isem in-nies.. jien sindku tal-lokalita kollha u mhux f’isem partit biss u għalhekk minħabba din l-inkejja, li kien qed ibati kulħadd, ridt nieħu azzjoni u din l-azzjoni ħadtha.

Huwa kellu kliem iebes fil-konfront tal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard meta din spiċċat irredikolatu mal-pajjiż kollu b’rabta mal-każ tal-pompa tal-petrol. 

Bniedem li għame il-ġid tara kif tagħmel u tpattihielu b’xi ħaġa negattiva li kienet se taffettwani ħajti kollha? Da mhux għajjarni xi ħadd fuq it-television u ntesiet, kont nigi redikolat mal-pajjiż kollu u biex nerġa’ nġib dik ir-reputazzjoni kienet impossibbli fil-verità. Min kien se jemminni li ma kontx naf bil-permess?

Borg Manche qal li sal-lum, wara li ta r-riżenja tiegħu, ħadd għadu ma kellmu min-naħa tal-Partit Laburista.

Bħala risposta għall-email li bgħatt, ma rċevejt ebda risposta qisu ma ġara xejn.”