Il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, esprima d-diżappunt tiegħu rigward il-kunflitt u vjolenza li qed issir fl-Iżrael.
Ceferin stqarr f’ittra miktuba lill-President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol fl-Iżrael: “F’isem il-UEFA u l-komunità tal-futbol fl-Ewropa, nixtieq nesprimi d-diżappunt tiegħi rigward il-vjolenza li qed issir fl-Iżrael, li rriżultat fit-telf ta’ ħajjiet innoċenti”.
Kawża ta’ dawn l-attakki ta’ vjolenza, it-tim nazzjonali tal-Iżrael mhuwiex se jitħalla jivvjaġġa barra mill-pajjiż, u b’hekk il-konfront tagħom fil-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 kontra l-Kosovo ġie pospost.
//= $special ?>