L-Iskola Sekondarja SĠPC Ħamrun se torganizza attività biex jerġgħu jingħaqdu studenti u eks-kollegi li attendew jew ħadmu f’dak li kien magħruf bħala l-Liceo tal-Ħamrun. Dawk li jattendu għal din ir-Re-Union jridu jkunu ‘ l fuq minn 17-il sena.
Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca qed jogħġbu jilqa’ l-eks studenti kollha li għamlu perjodu, twil jew qasir – hu kemm hu – jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. Mhux studenti biss – imma din ir-Re-Union qed tistieden ukoll lill-għalliema u ħaddiema. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Ottubru fl-grounds ta’ l-iskola.
il-Liċeo kien inbena bejn 1952 u 1956. Dan il-bini kien jintuża bħala Liċeo għas-subien. Fl-1972 dan inbidel fi skola sekondarja reġjonali bl-isem ta’ Ħamrun Boys Secondary School. Dak iż-żmien, kienet meqjusa bħala waħda mill-aqwa istituzzjoni bl-akbar numru ta’ studenti kollha jirċievu l-edukazzjoni għolja tagħhom minn għalliema tassew dedikati.
Kull min attenda din l-iskola jaf li d-dixxiplina kienet ta’ importanza ewlenija u, minkejja n-numru kbir ta’ klassijiet f’kull grad, l-aħjar imġieba kienet suprema. Għalkemm forsi dak iż-żmien l-istudenti kienu joġġezzjonaw għal xi regoli dixxiplinari, l-istudenti tal-Liċeo ta’ dawk is-snin, dejjem aċċettaw miżuri bħal dawn.
Illum il-Kulleġġ San Ġorġ Preca ukoll qed igawdi minn reputazzjoni tajba ħafna u għaldaqstant min irid jerġa’ jġedded il-memorji, m’għandux jitlef din l-okkażjoni biex jattendi. L-iskola qed titlob biex min irid jattendi jidħol fuq il-paġna ta’ FACEBOOK ta’ l-iskola jew imur fir-reception tal-iskola u jibbukkja. Prezz huwa ta’ 30 ewro.