Wara li ftit ta’ ġranet ilu ġie kkonfermat li l-midfielder ta’ Juventus Nicolo Fagioli qed jiġi investigat mill-prosekuturi f’Turin fuq mħatri online permezz ta’ websajts mhux awtorizzati, iktar kmieni il-lejla l-plejers internazzjonali Taljani Sandro Tonali u Nicolo Zaniolo ġew interrogati mill-awtoritajiet Taljani dwar każi simili ta’ imħatri.
Iż-żewġ plejers ħallew l-iskwadra Taljana li bħalissa tinsab f’kamp ta’ taħriġ fejn qed tipprepara għall-partiti tal-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 kontra Malta u l-Ingilterra.
Sandro Tonali ngħaqad ma’ Newcastle United fis-sajf li għadda mingħand Milan għas-somma globali ta’ €64 miljun, filwaqt li Zaniolo ngħaqad ma’ Aston Villa ukoll dan is-sajf għas-somma ta’ €27 miljun mingħand Galatasary.
//= $special ?>