Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn Toyota pick-up misjuq minn mara ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco
Agility misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata
l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>