Rugby Sport

Tazza tad-Dinja 2023: Williams u Biggar jirritornaw għall-konfront kontra l-Arġentina

(Ritratt; EPA)

Id-difensur laterali Liam Williams u t-talisman Dan Biggar irritornaw lura mal-iskwadra sabiex jippreparaw għall-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina is-Sibt li ġej.

Williams sofra injury fir-rebħa ta’ Wales kontra Georgia ftit ta’ ġimgħat ilu, madankollu rnexxielu jirkpura għall-kwarti finali, filwaqt li Biggar ilu disponibbli mill-aħħar partita kontra l-Awstralja, pero huwa ma kienx involut bħala prekawzjoni.

Minkejja r-ritorn ta’ dawn iż-żewġ plejers kruċjali, Wales se jkunu mingħajr Gareth Anscombe li sofra injury matul it-taħriġ, kif ukoll Taulupe Faletau li kiser idejħ fl-aħħar konfront tagħhom kontra Fiji u mhux se jkun disponibbli għall-partiti kollha.