Wayne Rooney hu l-manager il-ġdid ta’ Birmingham City li jilagħbu fil-kampjonat Championship
“Wayne huwa rebbieħ imwieled,” qal il-koproprjetarju u ċ-chairman ta ‘Birmingham Tom Wagner. “Aħna nemmnu, bl-appoġġ tal-coaching staff tiegħu, il-klabb, u l-partitarji tagħna, hu se jmexxi lil Blues ‘il quddiem fl-istadju li jmiss tal-vjaġġ tagħna. Il-filosofija tal-logħob tiegħu se tgħin biex tirrealizza l-ambizzjonijiet li waqqafna għal Birmingham City.
Il-ħatra ta’ Rooney tiġi jiem wara li ħalla l-kariga tiegħu bħala kowċ tat-tim tal-MLS D.C. United nhar il-Ħadd.
F’karriera brillanti ta’ plejer Rooney rebaħ ħames titli tal-Premier League u ċ-Champions League ma’ United, flimkien ma’ għadd ta’ trofej oħra. Huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-United b’253 gowl u kien l-aqwa skorer tal-Ingilterra sakemm din is-sena ġie ssuperat minn Harry Kane.
Rooney kien ċar fl-ambizzjoni tiegħu li jkollu karriera ta’ kowċ ta’ suċċess ukoll.
“Ilni nibni l-karriera maniġerjali tiegħi, npoġġi lili nnifsi f’ambjenti ta’ sfida, biex inħejjini għal din l-opportunità,” qal. “Huwa proġett li jagħtini sens ta’ skop u ma nistax nistenna biex nibda.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Birmingham, Garry Cook, qabel kien inkarigat minn Manchester City u bl-appoġġ tal-familja tat-tmexxija ta’ Abu Dhabi, bena reputazzjoni għall-movimenti ambizzjużi tiegħu fis-suq tat-trasferimenti, li kien jinkludi l-iffirmar tal-attakkant ta’ Real Madrid Robinho.
Birmingham City ilhom mis-sena 2011 ma jkunu fil-Premiership fl-Ingilterra u bħalissa jinsabu fis-sitt pożizzjoni fil-kampjonat Championship
Nhar it-Tnejn Birmingham neħħew lil manager John Eustace, fejn din id-deċiżjoni ġabet ħafna reazzjonijiet negattivi peress li t-tim s’issa ma kienx sejjer ħażin, imma issa jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet biex twitti t-triq għal ħatra ta’ Wayne Rooney fit-tmexxija tat-tim ta’ Birmingham City.
//= $special ?>