Ftit tal-ħin ilu militanti minn Gaza sparaw numru ta’ missili fid-direzzjoni ta’ Iżrael fejn laqtu iż-żona ta’ Rechovot qrib ħafna l-belt ta’ Tel Aviv.
Rapporti fil-midja internazzjonali spjegaw li filwaqt li sa issa ma ġewx irrapportati vittmi – f’dak il-mument kienet għaddejja laqgħa bejn il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-President tal-Kummissjoni von der Leyen u l-President Iżraeljan Isaac Herzog.
Għaldaqstant kellhom iwaqqfu ħesrem il-laqgħa sabiex marru jistkennu fix-xelter waqt li kienet għaddejja s-sirena ta’ allarm għall-air raid.
//= $special ?>