Skont il-Gvern ta’ Abela stess, il-paga qed tkompli titnaqqar. Il-pre-budget document ippreżentat mill-Minsitru Clyde Caruana ftit tal-jiem ilu wera li ż-żieda fil-prezzijiet kienet qawwija wisq meta kkumparata maż-żieda fil-pagi.
Dan ifisser li konsegwenza t’hekk qed ikompli jonqos dak li realment il-ħaddiem qiegħed idaħħal; ċioè li ż-żieda fil-prezzijiet kienet ogħla mill-paga li qed jieħu f’idejh il-ħaddiem.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-qasam trejdjunjonistiku qed jaqbel li l-għajnuna tal-għoli tal-ħajja ma tibqax tiġi intaxxata. Xi ħaġa li qed jimbotta ‘l quddiem anke l-PN.
Għaldaqstant il-Ġimgħa filgħodu Net News staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela jekk hux se jkun qiegħed jimplimenta din it-talba….b’Abela jisħaq li lest jiddiskutiha imma jrid jara jekk verament hix rimedju li ttaffi l-inflazzjoni.
Dan ftit inqas minn 3 ġimgħat biss għat-tħabbira tal-BUDGET għall-2024, fejn ċertament il-familji Maltin u Għawdxin iridu jkunu jafu jekk il-prezzijiet hux se jonqsu – il-prezzijiet tal-ikel u ħwejjeġ essenzjali oħrajn bħas-sapun tal-ħasil, karti iġeniċi u dak kollu li fl-aħħar xhur għolla l-kontijiet tax-xirjiet tagħna… bil-Prim Ministru jagħżel li ma jikkommettix ruħu lanqas hawnhekk.
Minkejja dan kollu, Robert Abela stqarr li jinsab kburi li sab is-soluzzjonijiet għal fenomenu tal-għoli tal-ħajja. Iżda ma qalx, fil-parttika, x’soluzzjonijiet qed jitkellem dwarhom.
Intant mistoqsi dwar dak li stqarr il-President tal-MHRA Tony Zahra fejn insista li f’pajjiżna mhux qed iħaddmu impjegati ta’ kwalità u ma jaf b’ebda viżjoni fis-settur turistiku….Abela bħal ta x’jifhem li għandu jikkonsla bl-għajnuna li tah fi żmien il-pandemija.
Dan filwaqt li stqarr li l-ħaddiema barranin se jkollhom jagħmlu tip ta’ eżami u taħriġ biex jiġu jaħdmu f’pajjiżna. U insista li ma jistax jibqa’ jidħol jaħdem min irid….ironikament il-bażi tal-ekonomija li biha Gvern Laburista ilu jħaddem għal dawn l-aħħar 10 snin – sal-ġurnata tal-lum.
//= $special ?>